Passiggata f’Wied il-Għasel
Darba żorna il-wiedJien u ommi għall ftit skiet
Xtieli sbieħ hemmhekk rajt
U bebbux tiela mall-ħajt
Imxerrdin l’hawn u l’hinn
Kien hemm fjuri b’ħafna lwien
Il-kappar kien fl-aqwa tiegħu
Ħdura u ġmiel ma’ kullimkien
Ret: Dan il-ġmiel li aħna rajna
Kien f’wied sbejjaħ u arjus,
Isejjħulu Wied il-Għasel
Li fil-Mosta huwa famuż
Post sabieħ u naturali
Mimli b’siġar u ġrajjiet
Bil-kant sbejjaħ ta’ l-għasafar
Kien hemm hena tas-smewwiet
Taraġ sibna fil-blat
U kappella antika f’għar;
Tlajna hemm fuq b’kurżita’
Biex nistgħu narawha aħjar.
Fuq tabella kien hemm
Il-ġrajjiet ta’ x’ġara kien;
Ommi u jien ghal ftit waqafna
U għidna talba t-tnejn flimkien
Ret: Dan il-ġmiel li aħna rajna
Post sabieħ u naturali
Waqt li erġajna mexjin
Żewġ friefet ġew fil-viċin
Kellhom ġmiel ta’ kulur
Isfar, iswed u blu skur
Fuq il-ward dawn poġġew,
Imma hemmhekk wisq ma damux,
Ferħanin wara ftit taru
Għalkemm xtaqt li ma telqux.
Ret: Dan il-ġmiel li aħna rajna
Post sabieħ u naturali
Ferħanin lura bdejna
‘l-mixja tagħna lejn id-dar
xtaqna qagħdna aktar hemm
‘mma għall-ikla l-ħin kien sar.
F’dan il-wied jiena raj
Fjuri sbieħ u rdumijiet
Xtieli, blat, siġar u għasafar;
X’post ta’ hena, serħ u skiet.
Ret: Dan il-ġmiel li aħna rajna
Post sabieħ u naturali
TMIEM: Dik il-mawra f’Wied il-Għasel
Biex nitgħallem hafna swiet.
Versi u Mużika: Alfred Grech © March 2004
Arranġament orkestrali: Augusto Cardinali
Tkanta: Albertine Vella
Jekk aħna kburin illi aħna Maltin
Għandna għaliex għax tassew mżejnin
bi storja u nies kbar, arti u knejjes
djar sbieħ, ġonna u toroq antiki u
ħelwin
Malta hija mimlija
bil-festi
Għall-patruni tagħna biex nagħtuhom
ġieh
Murtali, kant, marċi u tiżjin kullimkien
Gost u briju u hena bis-sħiħ
B’qalbna nħobbuk u ngħożżuk, Malta tagħna
Għalkemm int ċkejkna bik aħna kburin
Lill-Maltin kollha nixtiequ nistiednu
Biex id ta’ mħabba dawn joffru ‘l
xulxin
Mas-sekli u s-snin ħafna kienu dawk
Li riedu jaħkmu lill-gżejjer Maltin,
Minn gwerer u pesta sofrejna
Fejn ħafna sfaw mejta u oħrajn
midrubin.
F’idejna biss Malta issa qegħda
U x’ġawhra ta’ gżejjer tana Alla
l-ħanin
Nizirgħu żerriegħa ta’
mħabba
Ta’ aħwa li aħna Maltin u Għawdxin
Rit. B’qalbna nħobbuk u ngħożżuk, Malta tagħna
Tkattarna u kbirna u mill-arti u teżori
U kitba ma bqajniex neqsin;
‘Mma l-isbaħ teżori li għandna
Huma ż-żgħażagħ ħabrieka w wisq maħbubin
U fl-aħħar ningħaqdu b’qalb waħda
U ‘l din l-Art ħanina ngħidulha flimkien
Kemm f’qalbna u kemm f’dik t’uliedna int tibqa’
Ghax int warda mis-sbieħ tal-ħolqien.
Rit. B’qalbna nħobbuk u ngħożżuk, Malta tagħna,
Mużika u versi: Alfred
Grech
Arranġament orkestrali: AugustoCardinali
Kantant: Enzo Gusman